Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Is-Seba’ Sibt għal-Festa 2016

Bħal għada ġimgħa il-Vara titulari ta’ Marija Bambina toħroġ min ġon-niċċa biex b’hekk jingħata bidu għal-festa esterna 2016, hekk kif jumejn qabel, il-Ġimgħa 26ta’ Awwissu is-soċjeta tagħna tagħti l-bidu tagħha għal festa b’Akkademja Mużikali ġewwa l-Paroċċa.

Huwa minnhu li ġon-Naxxar mogħnijien b’ħafna vari u statwi artitiċi, tibda bil-vara titulari, is-sett tal vara tal-Ġimgħa l-Kbira, u dak tal-Irxoxt il-ġdied u anke dawk antiki, l-istatwa ta’ Ġuditta, l’istatwa tal-Vittorja tas-soċjeta fost oħrajn.

Żgur li fost dawn l-istatwi insibu tlieta oħra li għalkhemm saru riċenti żgur li huma imprezzabli għax-xogħol mil-isbaġ li sar mil familja ta’ artisti ta’ Camilleri Cauchi. Dawn it-tliet statwi mil-isbaħ jagħmlu parti mil-pedestall mil-isbaħ li fuqu titelgħa l-istatwa ta Marija Bambina nhar is-7 ta’ Settembru. L-istatwi huma tal Gran Mastru De Vallette li sar propju is-sena l-oħra (2015), il-mara li timarka ir-Vittorja (2013), u ir-raġel li jisimboliza lin-Naxxar (2012). Dawn listatwi saru minn Micahel u ibnu Adonai Camilleri Cauchi u żgur li huma ta attrazzjoni għad-dilettanti tal-armar u tal-arti maltija.

Ta minn jgħid ukoll li dawn l-istatwa tħalsu mil-Kummissjoni Żgħażagħ, mil-Kav. Clifford Galea kif ukoll min bosta benefatturi oħrajn li flimkien ma dawn l-istatwi ifinanzjaw ukoll il-pedestal maestuż li fihom ikunu impoġġijha fiż-żmien il-festa.

Kienet is-sena, għelfejn u disgħa,
Pedestall ġwejjed morna narmaw
Sena wara oħra baqa’ jissebbaħ
W’issa lilu mitmum sejrin naraw

 
Fih hemm ix-xwejjaħ Naxxari
Għax dan hu raħal ferm antik
Madwaru tal-ħadid l-għodda
U wlied dar-raħal qed jurik

 
F’tarf ieħor, xbiehet il-Vittorja
Biex tfakkara f’Jum ir-Rebħa
Nhar it-tmienja ta’ Settembru
Meta l-għadu l-assedju neħħa

 
Fiċ-ċentru kburi il-granmastru
Jean De Valette, l-eroj galanti
B’Turgut taħt riġejh imagħffeġ
Wara li ġarrab telfa skjaċċanti

 
Fuq nett bħall xemx kollha dija
L’Omm li tgħaxxaq lin-Naxxarin
Kburin, qatt ma niġbgħu ngħidu
Li b’isimha msebbaħ dal-każin.
(M. Mangani)

 

 
 

Statwi