Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

6 Bandisti Ġodda mal-Banda Vittorja

Hekk kif għaddiet sena impenjattivi ta servizzi f’lokalitajiet madwar Malta mil-banda tagħna dawn is-6 bandisti ġodda ilhom għal madwar 4 snin jiehdu it-tgħalliem tagħhom fl-iSkola tal-Mużika George Vella u fejn għal-ewwel darba ħadu sehem f’dawn is-servizzi. Propju fl- 1 ta’ Settembru dawn il-bandisti ġodda ser idoqqu għal-ewwel darba fil-festa t’ Marija Bambina. Filwaqt li nirringrazzjaw l-għalliema tagħhom, Christine Dimech (strumenti tal-qasba) u Daniel Vella (strumenti tar-ramm u perkussjoni) is-Soċjeta tawgura kull suċċess lill dawn is-6 bandisti ġodda, u snin twal ta servizz lil-banda tagħna!

B’din l-addizjoni ta bandisti ġodda, banda Vittorja tilħaq il-fuq min 40 bandist kif ukoll toqrob l’ 20 studenti oħra.

Mix-xellug għal-lemin: Britney Zammit (Klarinett), Melania Camilleri ( Kurunetta), Jodi Scicluna (Kurunetta) Nigel Spiteri (Perkussjoni), Anthea Scicluna (Klarinett) u Pavel Cuschieri (Klarinett)