Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

It-Tmien Sibt għall- Festa

Mil-bidu nett is-soċjeta’ kienet mogħnija biż-żgħażagħ imdawrin magħha, li jagħtuha i-ħajja u impenn għall futur. Għal grazzja t’Alla is-soċjeta’ tagħna xejn mi nieqsa min dawn u mil-ewwel snin ta meta ġiet iffurmata il-banda, grupp ta’ żgħażagħ Vittorjani, li tista’ tgħid kienu iqumu u jorqdu fis-sede tas-soċjeta’, ingħaqdu u flimkien ħolqu l-ewwel Kummisjoni Żġħażaġħ ġewwa r-raħal tagħna tan-Naxxar.

L-ewwel proġetti ta’ din il-kummissjoni kien propju it-tkabbar tal-brijju, bħal bżieżaq kanizatti u bnadargħal mal brijju. Maż-żmien il-proġetti ta’ dawn iż-żgħażagħ saru ikunu aktar ta ċertu kalipru  u professjonalita’. Dan nistgħu narawh bl’aħħar 2 opri tal-arti li mil-organizazzjoni ta attivitajiet soċjali irnexxilhom iġibu fondi biżżejjed biex jagħmluhom. Dawn iż-żewġ opri kbar tal-Arti, li qegħdin jidhru illum f’dan ir-ritratt minn Christian Binachi, m’huma xejn ħlief, l-armar tal-faċċata li isimiha jixhed il-ħidma u l-passjoni li biha daħlu għal din il-biċċa xogħol. ‘Gawhra di Qlubna’ disinn u sfumar tal-artist kbir żagħżugħ Adonai Camilleri Cauchi, li titsa’ tgħid li illum huwa partitarju Vittorjan Kbir. Fl-aħħar u mhux l-inqas l-istatwa mill-isbaħ, xogħol ta Michael u Adonai Camilleri Cauchi, xbieha ta De Vallette, li propju is-sena l-oħra għaqad u iffinaliza id-dekorazzjoni tal-pedestall artistiku li fuqhu titpoġġa ix-xbieha għal qalb il-Vittorjani, dik ta Marija Bambina.  F’dan ir-ritratt tinsab l-arma ta’ din il-Kummissjoni, arma fuq disinn ta Adonai Camilleri Cauchi, u li turi ir-rabta sħiħa mas-soċjeta tagħna u li b’qima lejn il-passat tagħha, ikomplu isebbħu il-futur għaliha.

Iż-żgħażagħ huma l-futur tas-soċjeta’, il-qalb u il-polz tagħha. Iż-żagħżagħ jagħtu il-ħajja u it-tama li din is-soċjeta’ tkun min ta quddiem għal innovazzjoni u dejjem timxi maż-żmien. Grazzi, m’hi qatt biżżejjed biex tirringrazzja li dawn in-nies li b’tant dedikazzjoni, joffru il-ħin tagħhom biex jaraw lis-soċjeta’ li tant iħobbhu, jimxu aktar il-qudiem.

14088715_1376370029058956_925798406_n.jpg