Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Id-Disa’ u l-aħħar Sibt għall-Festa

Wasalna propju fil-ġimgħa tal-Festa Ċentinarja. Diġa saru ħafna attivitajiet li kienu kollha ta suċċess kbir. Insemmhu fost l-oħrjan, l-Akkademja Mużikali, il-B.B.Q. Tradizzjonali, il-quddies u reċiviment fis-sede tas-soċjeta, kif ukoll it-tislima mil-kumitati tas-soċjeta lill membri li ħallewna fiċ-ċimiterju tas-Naxxar. F’dawn l-aħħar jumejn kelna il-Festa Tfal u l-Kunċert Mużikali u Viżiv kif ukoll il-presetnazzjoni bi kxief tal-Lapida Kommemorattiva u il-bandalora mill-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr. Marie-Louise Coleiro Preca. Dawn tal-aħħar aparti is-sehem sħiħ tal-banda tagħna, kien hemm ukoll l-għajnuna kbira mil-Kummissjoni Ċentinarja. Din il-kummissjoni ħadmet bla heda f’dawn l-aħħar xhur u żgur kienu pedina importanti biex issir din il-Festa hekk kbira.

Żgur li din il-kummissjoni mhux ser tispiċċa mal-għeluq tal-Festa Ċentinarja u żgur li s-soċjeta għad tkompli tgawdi bis-saħħa ta dan it-tim.

 

14194195_1383536475008978_1933020728_n