Aħbarijiet, Festa 2016, Festi Centinarji

Festi Ċentinarji: It-Tmiem

L- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja qed tifraħ u tiftaħar f’għeluq il- Mitt sena mit-twaqqif tagħha, bl-opri li żanżnet u bl-attivtajiet  u li ser jibqgħu ifakkru dan iċ-ċentinarju b’ ittri miktuba bud-deheb. Nibdew billi insemmgħu l-Irħama monumentali tal-100 sena u l-bandalora artistika rkmata bid-dehebu kapulavur ieħor tal-artisti nazzjonali Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi, statwa żgħira tal-Bambina Oriġinali. L-akkademja mużikali fil-knisja Arċipretali kif ukoll il-porgam mużikali u viżiv taħt il-patronċinju tal- E.T. Il-president tar-Repubblika Ta’ Malta Dr. Marie-Louise Coleiro Preca fejn gie inawgurat ukoll il-publikazzjoni “Mitt sena ta’ Storja”, il-Festa Tfal li kienet innovazzjoni ġdida fir-raħal għażież tagħna, fost attivitajiet oħra. Filwaqt li fl-aħħar u mhux l-anqas, is-Soċjeta’ tifraħ lid-dilettanti tan-Nar fi ħdana, għax- Show, The Centenery Pyromusical Show, li kien ta’ spettaklu kemm dak tan-nar tal-art kif ukoll dak tal-ajru.

Grazzi u Prosit lill kull minn kien ta għajnuna, f’kull forma tagħha, biex stajna niċċelebraw din il-festa hekk kbira. B’Ħarsitna lejn il-ġejjieni, niftakru f’dawk kollha u f’dak kollhu li s-soċjeta’ għaddiet minnhu biex dejjem nikbru f’din s-soċjeta’ hekk mfaħħra u li ġġib l-isem tal-patruna tagħna.