Attivitajiet, Aħbarijiet

Workshops Muzikali 2016

​Il-lum ingħata bidu għall-3 t’ijiem ta’ Music Workshops li qegħdin isiru fil-Każin tal-Banda La Vittoria tal-Mellieħa, bħala parti mill-proġett bejn erba’ għaqdiet mużikali – Societa’ Filar. La Vittoria – il-Mellieħa, Soċjeta’ Mużikali Sta. Katarina V.M. – iż-Żurrieq, Għaqda Mużikali Marija Bambina – Banda Vittorja – in-Naxxar u Għaqda Mużikali Pinto – Banda San Sebastjan – Ħal-Qormi. Dan il-proġett qiegħed isir bis-saħħa ta’ fondi tal-iskema tal-Aġenzija Żgħażagħ – It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda.

Il-worshops ser jiġu konklużi b’kunċert mill-istess studenti nhar il-Ħadd 9 ta’ Ottubru fis-6,30p.m. fis-Sala Maria Bambina tal-istess każin. Kulħadd huwa mistieden.