Attivitajiet, Aħbarijiet

Għeluq tal-proġett #bandafest

 

Wara erba’ ġimgħat ta workshops u masterclasses fl-erba’ soċjetajiet li ħolqu dan il-proġett illum ser issir l-għeluq b’kunċert bil-bandisti żgħażagħ mil-erba’ soċjetajiet f’daqqa taħt id-direzzjoni tal-erba’ surmastrijiet diretturi tal-istess soċjetajiet. Dan ser issir ilekjla fis-18.30 ġewwa l-Agenżija Żgħażagħ, Santa Venera. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd huwa mistieden.

Il-bieraħ saret l-aħħar attivita fejn il-bandisti kellhom team building kif ukoll kunċert bi preparament għal programm tal-ilejla, ġewwa is-sede tal- Soċjeta Filarmonika Pinto.