Attivitajiet

Kollox lest għas-sena skolastika ġdida

Kollox jinsab lest għas-sena skolastika tal-George Vella School of Music wara li f’Awwissu li għadda ġew ippublikati il-prospectus u l-applikazzjonijiet. Kif kien diġa spjegat, is-sistema ta’ tgħallim tal-istess skola ġiet riformata għal waħda aktar ħolistika u moderna, li tagħti opportunita’ lill-istudenti biex jiksbu ċertifikati accettati mis-sistema tal-edukazzjoni Maltija u Ewropea. Huwa fatt magħruf li din is-sistema moderna għamlet is-soċjeta’ tagħna pijunira bil-format tagħha ġewwa l-gżejjer Maltin u diġa qegħed tiġi addottata minn skejjel fi ħdan baned oħra. Dan jagħmel unur għas-soċjeta tagħna , li l-Iskola tal-Mużika George Vella qegħed iservi ta ‘mudell għat-tgħalliem fil-baned.

Biex ir-riforma isseħħ bl-iktar mod professjonali, ġew impjegati 4 għalliema oħra, biex b’hekk in-numru ta’ għalliema tela’ għal 7. Dan kollu seta’ jseħħ bl-għajnuna tal-Agenzija Żgħażagħ li uriet fiduċja fil-proġetti tagħna li wassalna s’hawn.

 

armaline

 

 

Aktar minn 30 student applikaw biex jagħmlu parti minn din l-iskola. Fil-fatt bħalissa qegħed isiru il-laqgħat ta’ introduzzjoni mal-istudenti u l-ġenituri tagħhom qabel tibda is-sena skolastika il-ġdida f’Jannar 2017.

L-istaff ta għalliema li issa għanda l-iskola huma dawn,  f’ordni alfabettika:

Christine Dimech – Introductory Course CoordinatorSaxophone Tutor

Daniel Vella – Brass Tutor

Graziella Vella – Theory Tutor

Kristen Borg – Percussion Tutor

Lara Scerri – Pianoforte Tutor u Official School Accompanist

Nathalie Cachia Bonavia – Clarinet Tutor

Roderick Bugeja – Surmast Direttur

Huwa unur kbir li nistgħu ngħidu li l-maġġoranza ta’ dawn l-għalliema huma frott il-banda tagħna stess, li komplew jistudjaw il-mużika bl-aktar mod professjonali.

Fl-aħħar edizzjoni tal-program mużikali Talent Żagħżugħ, ġiet ukoll inawgurata is-sit uffiċjali tal-iskola: http://gvsom.bandavittorjanaxxar.org li fiha wieħed jista jsib ħafna informazzjoni dwar l-attivitajiet, il-lezzjonijiet u dak kollhu li għandu x’jaqsam mal-iskola.