Attivitajiet, Aħbarijiet

Kollox Mitmum: Wirja ta’ Arte Sagra

Ghal sena oħra ser issir Wirja fiż-żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fis-sede tas-Soċjeta’. Din is-sena bl’isem ta “Kollox Mitmum” il-wirja ser ikun hemm eżebiti posta statwi relata ma dan iż-żmien solenni fosthom mill-artist żagħżugħ Naxxari, Jennings Falzon.

Il-wirja ser tiġi inawgurata mil-President tas-Soċjeta l-Onor. Michael Farrugia u mbierka mill- W.R Arċipriet Fr. David Gauci nhar l-Erbgħa, 5 ta’ April fis-19.00 wara lectur bl’isem Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu Skont il-liżar ta’ Turin minn Christian Bianchi

Il-Wirja ser tkun miftuħa f’dawn il-ħinijiet:

mit-Tnejn sal-Sibt: mill-5.00pm sal-10.00pm
F’Ħadd il-Palm u fl’Għid il-Kbir: mid-9.00am sas-1:00pm u mill-5.00pm sal-10.00pm