Aħbarijiet, Festa 2017

Lejn il-Festa 2017

Wasal Lulju u miegħu iġġib l-ewwel sinjal li tkun riesqa l-festa. Nhar is-Sibt li ġej jaħbat l-ewwel sibt tal-festa, l-ewwel minn disgħa, li jqaribna lejn Festa oħra. 

Ġon-Naxxar l-ewwel sinjal issir,bħal ta’ kull sena, minn armar fit-toroq li l-kummissjoni żgħażagħ tarma fit-Triq Santa Luċija, li matul is-snin evolvew u issa insibu set ta’ pavaljuni tal-injam li fihom kliem ta’ qima lejn Sidtna Marija Bambina.

Ritratt: Daniel Vella

 

Dawn il-pavaljun tal-injam u dawl qedin jitwaħħlu f’posthom bħalissa mill-istess Kummissjoni. 

Dawn jibdew jinxtegħlu propju min nhar Is-Sibt li ġej