Attivitajiet

Jiġi imniehed l-International Wind & Percussion Festival

Ilbieraħ, fil-lukanda Golden Tulip Vivaldi Hotel, saret konferenza stampa biex jiġi imniehed il-proġett konġunt bejn tmien każini tal-banda minn Malta u Għawdex. The International Wind & Percussion Festival qed issir bis-saħħa ta fond miksub mill-Aġenżija Żgħażagħ bl-għajnuna tal-Għaqda Każini tal-Baned.

Ritratt: Maria C. Borg

Waqt il-konferenza tkellmu is-Segretarju tal-Għaqda Każini tal-Banda, is-Sur Joseph. C. Azzopardi, ic-Chairman tal-Aġenzija Żgħażaġħ, is-Sinjorina Miriam Theuma, Christine Dimech bħala koordinatriċi tal-Festival, is-Sur Paulino Mifsud, President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Vittoria, Mellieħa bħala rappreżentant tal-Għaqdiet, kif ukoll l-Onorevoli Segretarju Parlamentari Clifton Grima li tkellem fuq l-importanza tal-għaqdiet fis-soċjeta’ u il-bżonn li dawn jiġġedu u jikbru professjonalment biex ikunu aktar ta’ importanza għas-soċjeta’. Tkellem ukoll kif proġett bħal dan ineħħi kull dubju li s-soċjetajiet huma verament għaqdiet ħajja, innovativi u li jippromjovu l-edukazzjoni.

L-Għaqdiet involuti f’dan proġett huma:

Dawn l-għaqdiet għaqdu organizzazjoni bejniethom bl-isem ta BandClubs4Youths bl-għan li jiġi użat għal aktar proġetti flimkien fil-futur.