Aħbarijiet, Festa 2017

Is-Sitt Sibt għall-Festa 2017

Fi ftit jiem oħra in-Naxxar ikun qed jilbes l-ilbies fin tal-festa. Il-Knisja, il-każini, it-toroq ikun armati sa snienhom bl’aktar mod tradizzjonali li jgħati l-identita` lill-raħalna. Hemm ħafna fatturi oħra li jidentifika raħal min ieħor u festa min oħra, fosthom huma il-pavaljuni, l-armar tal-pjazza, l-innijiet fost aktar oħrajn. Propju fuq l-innijiet ser nidedika dan l-artiklu għal din il-ġimgħa.

Propju sentejn ilu is-soċjeta’ nhedid album li fih jinsabu miġburin l-innijiet marjani li jidentifikaw dak li huwa Naxxari, u oħrajn li ikkumplimentaw dawn l-istess innijiet, li għalkemm huma esklussivi għas-soċjeta tagħna, xorta waħda ma jistawx jitqiesu li huma tan-Naxxar kollhu. Ta min ngħidu li ftit ta snin ilu il-parroċċa ħarġet l-Innu Popolari lill-Bambina mużika mill-isbaħ tal-Maestro di Cappella, Mro. Christopher Muscat u kliem il-qassis Naxxari Dun Victor Xuereb SJ, li b’hekk sar l-Innu uffiċjali maħruġ mil-knisja.

wp-1473322813752.jpg

Ta minn jgħid li dan l-Innu kien inhass il-bżonn li jsir peress li l-innijiet li kienu jindaqqu fiż-żmien il-festa ġewwa il-knisja u anke waqt il-purċissjonijiet, ma kienux biss jindaqqu ġewwa in-Naxxar, u l-unika Innu Popolari li kien jeżisti dak iż-żmien u li kien biss jindaqq in-Naxxar huwa, l-Innu Popolari Marija Bambina, Patruna tan-Naxxarin ta’ Ray Sciberras li huwa propjeta’ tas-Soċjeta’ tagħna, u għaldaqstant ma kienx tal-poplu kollhu Naxxari.

Huwa ferm ħasra li dan l-Innu uffiċjali ma tantx qed jingħata importanza li jistħoqlu mil-għaqdiet kollha. Is-Soċjeta’ tagħna dejjem pruvat tagħtih il-ġieħ u l-qima li jistħoqlu u aktar qed jipprova jsir biex dan jikseb u jitħol aktar fil-qlub in-Naxxarin kollha.

Il-kliem ta dan l-Innu jinsab hawn taħt. Tistgħu ukoll tisimgħu dan l-innu billi tidħlu f’dan il-Link, meħud mil-album ta Innijiet li ħarġet is-Soċjeta f’għeluq il-25 sena banda, u li jista’ jinxtara mill-botegin jew billi tkellem lill xi membru tal-Kumitat.

Innu Popolari lill-Bambina

Kliem: Dun Victor Xuereb SJ
Mużika: Mro. Christopher Muscat

Oh Bambina b’fomm imbissem
Hawn madwarek miġburin
Għażilniek b’Patruna b’Ommna
Biex iż-żommna magħqudin

O Madonna tal- Vittorji
Imħabbitna ħ nagħtuk
U irridu illi wliedna
Imħabbithom lilek juruk

Għaldarbtejn Bambina għażiża
Rebħiet kbar Int ridt tagħtina
Fuq it-Torok b’nofs Qamar f’idu
U fuq min b’ġuħ ried jifnina

O Madonna tal- Vittorji
Imħabbitna ħ nagħtuk
U irridu illi wliedna
Imħabbithom lilek juruk

In-Naxxar ħelwa Bambina
Jibqa jgħożżok ġieħ jurik
Għax it-tama tiegħu qiegħeda
Wara All l Kbir biss Fik.

O Madonna tal- Vittorji
Imħabbitna ħ nagħtuk
U irridu illi wliedna
Imħabbithom lilek juruk

O Madonna tal- Vittorji
Imħabbitna ħ nagħtuk
U irridu illi wliedna
Imħabbithom lilek juruk