Attivitajiet, Festa 2017

It-Tmien Sibt għal-Festa 2017

Propju il-bieraħ l-għaqda tagħna nheddiet il-bidu għal Festa 2017. Bħal kull sena l-festa tqanqal mumenti ta tiġdied, ta tradizzjoni u ta nostalgija. Apparti l-għan primarju li l-Festi għandhom, dik ta turija ta fidi lejn Kristu u l-imħabba lejn Ommna Maria, il-festa huwa żmien li jgħaqqad lill dawk kollha li jingħaqdu u jattendu. Familji jerġgħu issibu dawk ħin għal xulxin fil-ġimgħa tal-Festa, u għal daqstant kull wieħed u waħda minnha jibnu memorji. Ovjjament bħal kull ħaġa oħra, kull wieħed jiprrova iżomm quddiem għajnejh dak li jferrħu u li jgħamlu kburi b’dak li hu u b’dak li għamel.

Għal dan is-sibt ser nuru dak kollhu li sar tul il-100 sena ta eżistenza tal-għaqda tagħna, li għalkemm mhux dejjem kellha żmien feliċi dejjem baqgħat soda, toħlom u twettaq, tikber u tkabar, tifraħ u tferraħ hekk kif jgħid il-motto tal-għaqda tagħna. Dan il-feature, bħal ħames features oħra li urejna tul dawn il-ġimgħat jitkellem fuq dan kollhu. B’ħaristna il-quddiem, niftakru dak li għamlu ta qabilna u nkomplu nibnu fis-sod għal dawk li ġejjien warajna.

B’muntaġġ ta Christian Bianchi u kliem ta Mark Mangani, dan il-video tistgħu isegwuh minn hawn.

13689670_1341045142591445_233933823_n