Attivitajiet, Festa 2017

Lejliet il-Festa

Wara spettaklu ta’ nar, briju u nar tal-art li sar il-bieraħ, illum lejliet il-Festa għal-Għaqda tagħna illum tfisser jum id-demostrazzjoni fejn għal ħabta tad-9.00pm il-banda tasal f’Misraħ ir-Rebħa u takkumpanja l-istatwa grazzjuża ta’ Marija Bambina, li propju ser tgħalaq 25 sena fostna, fejn imbad għal 10:00pm tasal fit-Triq Santa Luċija,fejn b’daqq ta’ Innijiet Popolari Marjani tasal quddiem is-sede tas-soċjeta fejn solenement u b’mod li jixraq lix-xbieha tal-Madonna, titelgħa fuq il-pedestal maestuż tagħha. Mat-tlugħ, titkanta l-Ave Maria mit-talentissima ċkejkna, Martina Abela.

wp-image-1296674797