Aħbarijiet

Avviż: Kera tal-Bottegin

Il-kumitat ċentrali ta’ din is-soċjetà iħabbar li ser ikun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-
kera tal-bottegin.

Għaldaqstant, dawk kollha li huma nteressati huma ġentilment mitluba sabiex jiġbru applikazzjoni mill-bar tal-każin jew minn għand xi membru tal-kumitat minn nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru 2017.

Il-Kumitat ser ikun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet minn nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru 2017 sal-Ħadd 24 ta’ Settmberu 2017 f’nofsinhar. Dawn għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarju u mpustati fil-letterbox tal-każin. Offerti li jiġu sottomessi wara l-ħin stipulat ma jiġux ikkunsidrati.

Għal iktar informazzjoni avviċina l-membri tal-kumitat.

Il-kumitat jirriżerva d-dritt li jirrifjuta anke l-aktar offerta vantaġġjuża.