Aħbarijiet

B’sobgħa Kbira!

B’Sobgħa kbira s-soċjeta’ ssellem lill- Vanni Farrugia. Vanni, alavolja mhux membru fis-soċjeta’ huwa persuna mitħla ħafna tal-każini w kien l-bniedem li għamel revoluzzjoni fir-recordings tal-baned maltin. Is-soċjeta’ tagħna għanda l-unur li miegħu ħadmet xejn anqas min 5 Albums, fosthom wieħed tal-marċi festivi f’għeluq id-90 sena tas-soċjeta’, żewġ albums ta’ marci funebri, l-innijiet marjani f’għeluq il-25 sena tal-banda u fl-aħħar u mhux l-inqas fl’alnum Bi Twelidek Rebbaħtna, li fiha ġiet irrekordjata l-Cantata li ġġib l-istess isem.

17800399_102907566928116_7455910535227789825_n

Vanni jibqa’ imfakkar għal-enerġija tiegħu waqt is-sessjonijiet u għal mod kif il-ħoss tal-banda joħorġu bil-kuluri sbieħ tagħha. Grazzi Vanni, u nselmulek min qiegħ qalbna!

Il-President flimkien mal-kumitat ċentrali, u s-sotto kumitati tas-soċjeta’ jixtieq jgħati l-kondoljanzi lill-familjari ta Vanni.

Għatih O Mulej,
Il-Mistireħ ta’ dejjem.