Attivitajiet, Aħbarijiet

4 artisti internazzjonali mistiedna tas-Soċjetà

Hekk kif bħalissa għaddej l-International Wind & Percussion Festival li huwa parti minn proġett konġunt li s-soċjetà qed torganizza, il-lejla kien imiss lis-soċjetà tagħna li tospita lill-4 minn 5 artisti internazzjonali li qedin imexxu dawn il-Festival.

Rodolfo Rossi, David Thorthon, Antonino Mollica u Sergio Bossi kienu imdawrin mas-sede tas-soċjetà u wara kienu mistiedna għal-ikla tal-okkażjoni.

Fir-ritratti hawn taħt naraw Lill- dawn l-artisti jiffirmaw il-ktieb tal-viżitaturi kif ukoll jieħdu ritratt tal-okkażjoni ma xi uffiċjali tal-Kumitat Ċentrali u tal-Kummissjoni Banda.

Il-festival jiġi fit-tmiemu għada b’Kuncert ġewwa it-teatru tal-iSkola tal- Mużika Johann Strauss fil-Ħamrun li jibda fis-18:30 u li kulħadd mistieden jattendi bit-tħul għal dan il-kunċert ikun b’xejn.