Attivitajiet

Jinġabru fondi għal Dar Merħba Bik

Waqt l-attivita’ li saret il-bieraħ mill-Kummissjoni Żgħażagħ ġiet mogħti l-qliegħ kollhu li inġabar mil-lotterija, lid-Dar Merħba Bik.

Din id-donazzjoni saret lill- Miss Naxxar 2017, Jessica Gherxi, hekk kif l-istess Gherxi, qed tgħamel ġabra mal-komunita’ Naxxarija kollha għal dan il-għan filantropu’.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min ta is-sehem tiegħu f’din il-ġabra, nixtiequ għal darb’oħra nawguraw kull suċċess lis-sinjorina Gherxi, li lkoll niftakruha bħal bandista attiva mal-Banda tagħna, u li ukoll partitarja tas-socjetà kif ukoll ta dak kollhu li huwa tar-raħal għażiż tagħna.

 

received_1933152106700546323564316.jpeg
Is-Sur Kurt Grech, rappreżentant mill-Kummissjoni Żgħażagħ, jippreżenta l-għotja miġbura lill-Sinjorina Jessica Gherxi, Miss Naxxar 2017