Aħbarijiet

Inselmulek Mro. Debattista

Dalgħodu tħabbret il-mewt xokkanti ta’ wieħed mill-aqwa kompożituri u surmastrijiet li kien hawn fix-xena bandistika, Mro. Ronnie Debattista. Avolja qatt ma kien surmast tal-banda tagħna, Mro. Debattista kien ikun min ta quddiem biex jgħin kif jista’ u kien ukoll jagħtina ħafna xogħol min tiegħu biex jindaqqu fil-kunċerti li l-banda torganizza.

Mro. Debattista, aparti surmast u kompożitur kien ukoll għalliem prim tat-teorija kif ukoll klarinettista ċelebri.

Min hawnhekk il-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Surmast, il-Kummissjoni Banda, l-iSkola Tal-Mużika George Vella, jixtiequ jgħatu il-kondaljanzi lill-familjari tas-surmast Debattista.

Għatih O Mulej
Il-Mistrieħ ta’ Dejjem

23031389_1525937784119811_3368389755917815888_n.jpg