Attivitajiet, Aħbarijiet

Ġurnata ta Suċċessi

Illum hija ġurnata mill-aqwa għan-Naxxarin. Wara li it-team tal-football rebaħ id-Derby kontra Mosta F.C. bl-iscore ta’ 2-0, illejla itellgħa il 15-il-edizzjoni tat- Talent Żagħżugħ bit-tema tal-baħar.

Ammont kbir ta’ nies reġgħu ħonqu it-teatru tal-oratorju tan-Naxxar fejn ġew mogħtija serata ta’ divertiment u mużika mill-aqwa mill-bandisti u artisti tas-soċjetà.

Aktar tard il-lejla tħabbret li Miss Naxxar, is-sinjorina Jessica Gherxi, li ukoll kienet bandista tal-post u partitarja tas-soċjetà ġiet fit-tieni post f’dan il-konkors daqstant prestiġjuż biex b’hekk ingħatat l-unur ta’ Miss Republic of Malta.