Attivitajiet, Aħbarijiet

Talent Żagħżugħ 2017

Hekk kif il-bieraħ saret il 15-il edizzjoni tal-kunċert Talent Żagħżugħ bit-tema tal-baħar, ammont kbir ta’ nies wrew l-apprezzament u l-awgurju tagħhom hekk kif għal sena oħra dan il-kunċert ma naqasx milli jisporprendi bit-talent li bih is-soċjetà hija mogħnija. Il-banda magħmula minn 40 bandist u student tas-soċjetà u l-iskola tal-mużika tiegħu, George Vella, kienu xejn anqas minn spettakolari, taħt it-tmexxija tal-assistent Surmast tagħha, Christine Dimech. Il-grupp ta’ żgħażagħ, li b’qalb kbira ħadmu għal props u ħidma tan-nar għal waqt dan l-istess kunċert kien xejn anqas min professjonali.

Huwa ta’ unur kbir għas-soċjetà,li dan il-kunċert, li minn sena għal oħra ikun dejjem tal-aqwa livell u qatt ma jieqaf jisporprendi, huwa magħmul u mwettaq kollhu kemm hu miż-żgħażagħ tiegħu, u ma jista’ qatt jieqaf jirrangrazjhom tal-ħin u l-ħidma volontarja tagħhom.

Nistennew u naraw biex ser joħorġu għas-sena d-dieħla!