Attivitajiet, Aħbarijiet

Jinfetħu l-applikazzjonijiet tal-iSkola tal-Mużika għas-sena 2018

Wara is-suċċess kbir li kellha l-iSkola tal-Mużika, “George Vella” fl-ewwel sena tagħha min mindu saret ir-riforma ta tgħalim tagħha, illum infetħu l-applikazzjonijiet għal-istudenti għas-sena 2018.

Matul is-sena 2017 l-iskola kellha madwar 40 student/a li kienu imqassma bejn 6 għalliema fejn fost oħrajn kelna, lezzjonijiet tal-teorija, klarinett, sassofni, strumenti tar-ramm, perkussjoni, tal-pjanu, kif ukoll sessjonijiet, ta chamber music, u ensemble works.

Fost l-oħrajn l-iskola kienet waħda mil-rganizzaturi primarji tal-International Wind & Percussion  Festival, fejn il-quf minn 100 student kien parteċipi għal dan il-fetsival ta 5 t-ijiem u li saru min professuri u artisti min madwar l-ewropa. Ovvjament, l-aktar attivita prestuġjuża huwa propju il-kunċert Talent Żagħżugħ li din is-sena sar is-Sibt , 25 ta’ Novembru u li ta kull sena jaqla’ kliem ta tifħir għal professjoanlita li bih jitellgħa.

L-iskola, għaldaqstant, qed tħeġġeġ biex kulmin jixtieq jitgħallem strument u li għandu minn 7 snin il-fuq, biex japplika sat-13 ta Diċembru. L-applikazzjoni kif ukoll prospectus li għandu jinqara min dawk li ser japplikaw qabel jisotomessu l-applikazzjoni tagħhom. tista tintela’ online min sit tal-iskola stess.