Attivitajiet, Aħbarijiet

Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ

Għal sena oħra din l-attivita mill-Kummissjoni Żgħażagħ ser issir it-Tqassim tar-Rigali min Father Christmas, kemm lit-tfal, kemm liż-żgħażagħ, kif ukoll, u għaliex le, lill-maħbub/a tiegħek u tnissel tbissima lill-dawk li huma għal qalbek. Il-ġbir tar-rigali issir is-Sibt, 16ta’ Diċembru bejn il-5pm u is-7pm u l-Ħadd, 17 ta’ Diċembru bejn l-10am u 12pm, mis-sede tas-soċjeta’. It-tqassim imbad issir il-Ħamis u il-Ġimgħa 21 u 22 ta’ Diċembru bejn il-5.30pm il-quddiem.