Aħbarijiet

Żewġ Naxxarin jerbħu tlett awards lokali

It-tennista u it-tirattur Naxxari Elaine Genovese u Gianluca Chetcuti, li aktar kmieni din is-sena rebħu diversi medalji fl-aħħar edizzjoni tal-logħob għal pajjiżi ż-żgħar f’San Marino, rebħu xejn anqas min tlett awards waqt il- Malta Olympic Committee Sports Award 2017.

Gianluca rebaħ il-Gold Award, filwaqt li Elaine Genovese rebħet il-Bronze Award bħala atleta weħidha u is-Silver Award fid-doubles mal-kollega tagħha Francesca.

Il-kumitat jixtieq jifraħ Lill dawn iż-żewġ atleti li qedin jagħmlu unur lir-raħal tagħna u lill-pajjiżna.