Attivitajiet

Fr. Richard Borġ jilħaq Monsinjur

Il-qassis Naxxari, Fr. Richard Borg, għadu kemm ingħata it-titlu prestiġjuż ta’ Monsinjur tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina.

Fr. Richard, hekk kif magħruf man-Naxxarin, huwa qassis ħabrieki, li illum jokkupa il-kariga ta’ Arċipriet fil-Parroċċa tal-Floriana iddedikata Lill -San Publiju.

Hu serva ukoll għal diversi snin bħala Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi.

Fr. Richard huwa ukoll kittieb ta’ diversi għanjiet b’ tifħir lill Marija Bambina.

Il-kumitat, jixtieq jawguralu għal dan it-titlu prestiġjuż li kiseb.

Ad Multos Annos Fr. Richard!