Hekk kif ftit tal-ħin ilu, wasal lura Malta il-bandist ċkejken tagħna, Nigel. Nigel li matul dawn l-aħħar xhur seraq il-qlub tal-Maltin bl-istorja tiegħu, meta lura f’April hu kellhu jitla’ l-Ingilterra biex issirlu trapjant tal-qalb.

Illum is-soċjetà qegħda tiċċelebra lill dan it-tfajjel ċkejken tagħha u laqgħatu bid-daqq tal-Innu Marcia quddiem is-soċjetà, biż-żgħażagħ tas-soċjetà jarmaw quddiem il-każin bi bnadar tal-festa. Min naħa tiegħu Nigel ma naqasx milli ikompli mal-banda u mal-ewwel ħa postu fuq id-drums.

Merħba lura magħna Nigel!