Attivitajiet

L-Iljuni iż-żgħar Rebbieħa fis-sezzjoni tagħhom.

Marzu ġab miegħu żewġ titli għal l-iljuni iż-żgħar tan-Naxxar Lions hekk kif nhar il-Ħadd 11 ta’ Marzu it-team l-Under 15’s tan-Naxxar Lions rebħu l-kampjonat tas-Section C, filwaqt li propju il-bieraħ l-Under 17’s ġew inkurunati ir-rebbieħa tas-Section E u għalhekk ġew promossi għal Section D.

 

Is-soċjeta’ tifraħ lill dawn iż-żgħażagħ li qed ikomplu ikabbru l-isem tar-raħal tagħna u nawgurawlhom kull suċċess fil-ġejjieni.

Għal darboħra, Proset Lions.

28700766_982206851942485_8651975362609026044_o.jpg
It-Team Rebbieħ tal-U15 2017/2018

 

28700667_986960254800478_9057578745364509504_o.jpg
It-Team tal-U17 jingħata it-Tazza tas-Section E