Attivitajiet

Sensiela ta’ Attivitajiet għal waqt dan iż-żmien Qaddis

Illejla, 19 ta’ Marzu fis-sala “8 ta’ Settembru” fis-sede tas-soċjeta’ ser jitgħela Program Funebri bl’ isem ta “Kollox Mitmum” mil-banda tagħna taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja u wara ftuħ tal-Wirja ta arti sagra mill-artist Jennings Falzon, wirja li iġġib l-istess isem. L-attivitajiet jibdew fis-6.30PM.

Il-Ħamis, 22 ta’ Marzu, lejliet il-festa tad-Duluri, ser ikun hemm Qrar fil-każin bejn is-19:00 u 20:00 mil -Kanonku, Father Michael Agius.

Il-Ħamis, 29 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, ser ikollna l-Private tas-Seba’ Visti. Tluq minn ħdejn il-Kunsill Lokali fis-19:30. Bookings mingħand Sarah Agius (99282476) jew membru tal-Kummissjoni Żgħżagħ. Prezz għat-trasport €5.

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Marzu, il- banda ser tkun qed tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira b’daqq ta’ marċi funebri.

It-Tnejn, 2 ta’ April, fis-Swali tal-Każin, l-allievi u l-bandisti ġodda tas-Soċjeta’ ser itellgħu The Easter Monday Concert fis-sala “8 ta’ Settembru” fis-6.30PM.  Kulħadd mistieden jattendi.

Bejn Illum. it-Tnejn 19 ta’ Marzu u Jum l-Għid, il-Ħadd 1 ta’ April ser titellgħa Wirja ta Arti Sagra fis-Sala “Anthony Catania” fis-sede tas-Soċjeta’. Għal ħinijiet ta’ ftuħ għafas fuq dan il-link.