Attivitajiet

Preparamenti għal festival ta’ għada

Bħalissa id-dilettanti tan-nar tal-Għaqda għaddejin bil-preparamenti ta’ żewġ biċċiet nar tal-art mekannizat u sinkronizat għal festival nazzjonali tan-nar tal-art li ser issir għada fuq il-fosos, il-Furjana.

Għalkemm hemm twisiet ta riħ qawwi mistenni għal għada, kollox għadu għaddej kif ppjanat.

Nawguraw lill-membri tagħna li ser jerġgħu jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni hekk b’saħħitha, u nawguralhom kull suċċċess mixtieq.

Aktar aġġornamenti matul il-ħinijiet li ġejjien.

 

Ritratti: Omar Tonna u Sara Agius