Attivitajiet

Aġġornament minn fuq il-Fosos

Ir-riħ u il-maltemp li laqgħat il-gżejjer Maltin ma waqafx biex għexiren ta dilettanti tan-nar milli jarmaw il-biċċiet tan-nar tal-art tagħhom ġewwa il-Fosos tal-Furjana għat 12-il edizzjoni ta Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art.

Ftit tal-ħin ilu il-biċċtejn li bihom id-dilettanti tan-nar tagħna sejrin jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni għadhom kemm sabu posthom u lesti għal llejla.

Min hawnhekk nixtiequ nawguraw kull suċċess mixtieq lid-dilettanti f’isem is-soċjeta tagħna.  Komplu segwu il-paġna ta Facebook tas-soċjeta  https://www.facebook.com/bandavittorja/  għal intervent live hekk kif ikunu ser jinħarqu dawn il-biċċiet tan-nar.

S’issa jidher li kollox ser imur kif ippjanat hekk kif għal ħabta tal-22:00 ser jibda il-Festival.