Attivitajiet

It-Triq ‘il Quddiem

Waqt is-seminar li sar il-bieraħ mill- Ghaqda Kazini tal-Banda bl’ isem ta’ It-Triq ‘il Quddiem il-P.R.O. u għalliem tal-mużika Daniel Vella kien wieħed mill-kelliema f’isem il-kummissjoni tal-Etika fi ħdan l-istess għaqda. Huwa ta’ unur li bħala soċjetà prattikament żagħżugħa bħal tagħna, inkunu min ta quddiem biex nindirizzaw il-problemi li s-soċjetajiet tagħna qedin jaffaċċjaw.

Għal din il-laqgħa is-soċjetà tagħna kienet irrapreżentata mil Assistent Surmast Direttur u għalliema tal-mużika Christine Dimech u mill-arkivista u mużiċist tas-soċjetà Mark Azzopardi li wkoll kien parteċipi fid-diskussjoni sana li saret waqt l-istess seminar.

Fl-istess ħin kien għaddej seminar ieħor għal Bandisti fejn aparti li kien hemm rappreżentanza mill-mużiċisti żgħażagħ tal-banda tagħna, is-surmast direttur Roderick Bugeja kien wieħed mill-kelliema li mexxa dan il-workshop. L-kumitat ċentrali jixtieq jirringrazzja Lill Ghaqda Kazini tal-Banda li qiegħed ikun lest jisma’ u jieħu azzjoni għal futur tas-soċjetajiet u l-baned tagħna.