Attivitajiet

It-Tieni Servizz tal-Banda

Bħalissa l-Banda tagħna qed tieħu sehem fil-festa tat-Trinità Mqaddsa ġewwa l-Marsa, fit-tieni servizz tagħha għal din is-sena, wara li propju l-Ħamis li għadda kienet qed idoqq fl-istess festa.

Wara dan is-servizz l-Banda ikun imissha jdoqq ġewwa l-festa ta’ San Filep t’Aġġira ġewwa Ħaż-Żebbuġ fejn tkun qed idoqq marċ u wara program mużikali fuq il-planċier maestuż tat-12th May Band & Social Club.