Attivitajiet

Nofs ta’ nhar maż-żgħażagħ

Matul il-ġurnata numru sabiħ ta’ partitarji ingħaqdu biex flimkien qatgħu nofs ta’nhar fil-kumpless tal-isport hekk kif il-kummissjoni żgħażagħ organizzat Archery Day.

Kienet ġurnata verament sabiħa fejn apparti xi vleġġa li ma waslitx jew intilfet, kulħadd kien kuntent bil-progress jew nuqqas ta’ mirja minn xi wħud sħabna.