Attivitajiet

Pre-Feast Gathering

Hekk kif ikun ghad fadal biss xahrejn ghal festa ta Marija Bambina, il-Kummissjoni Zghazagh qed torganizza Gathering ghal membri kollha tal-Ghaqda Muzikali Marija Bambina Banda Vittorja Naxxar.

Ghal dan il-Gathering, il-membri tal-Kummissjoni Zghazagh qed jheggu lil kull min ser jattendi biex jintlibsu flokkijiet homor tal-kazin sabiex b’hekk nibdew nidhlu fl-atmosfera tal-festa.

Waqt din l-attivita, ser ikun hemm ghall-bejgh minn kull tip ta’ souvenirs, minn keychains sa number plates. Ser terga tinhareg ghall-bejgh ukoll, is-CD bil-marci tas-sena l-ohra. Din ser tkun qed tinbiegh ghal prezz specjali ta’ 5Euro, ghal dawk kollha li se jordnawha qabel l-4 ta’ Lulju.

Narawkhom kollha fis-6 ta’ Lulju gewwa l-bar tal- Ghaqda Muzikali Marija Bambina Banda Vittorja Naxxar.