Aħbarijiet, Festa 2018

It-Tielet Sibt għal-Festa 2018

Hekk kif reġgħa sabiħ jum is-Sibt, in-Naxxar qum ġimgħa eqreb għal-Festa. Il-ġimgħa l-oħra tkellimna ftit fuq it-tfal, u s-sinjifikat tagħhom mal-festa. Illum ser nitkellmu bix-xieraq fuq iż-żgħażagħ, il-qalb ta’ kull soċjetà. Din is-sena taħbat propju il-20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ tas-soċjetà tagħna. 20 sena ta’ ħidma sfiqa għal festa u biex jinġabru aktar żgħażagħ lejn is-soċjetà. 20 sena mimlija attivitajiet soċjali u magna ta ġbir ta’ fondi b’risq il-festa.

F’dawn il-20 sena din il-kummissjoni ħadnet magħha għexieren ta’ nies li ħadmu bla heda u raw kif setgħu ikunu innovattivi u oriġinali, mil-umbrelluni tal-karti, eluf ta’ bżieżaq, għal bnadar kbar u artistiċi, imrewwaħ u purtieri sa donazzjonijiet kbar lis-soċjetà biex tgħamel statwi u armar ieħor. Bla dubbju ta’ xejn l-akbar opra li l-kummissjoni irregalat lis-soċjetà kienet l-armar tal-faċċata artistika li propju 9 snin ilu, f’għeluq l-20 sena mit-twaqqif tal-banda, kienet ġiet inawgurata.

Aħna kburin biż-żgħażagħ tagħna u inħeġġu aktar biex jiġu joffru l-ħin tagħhom. Is-soċjetà ma tgħarraf it-tajjeb ta’ kulħadd u tgħinu jiskopri aktar talenti.

Nieħdu l-okkażjoni biex nħeġġu kull żagħżugħ u żagħżugħa, li jħobbu jaħdmu fil-media, arti, innovattivi u għandhom ftit ħin x’joffru lil-għaqda tagħna, biex ma jiddejqux jiġu u jitkellmu magħna, anke jekk qatt ma kienu f’għaqda bħalma hi tagħna.

Kif konna qed ngħidu, hekk kif din is-sena ser jiġi iċċelebrat dan l-anniversarju, nistiednukom tattendi kemm għal attivitajiet li din l-kummissjoni tgħamel, kif ukoll biex tattendu għal marcijiet tal-festa fejn mistennija sorpriżi sbieħ!

Awguri mill-qalb!