Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Ir- raba’ Sibt għall festa

Tista’ tgħid li illum qedin nofs triq fis-Sibtijiet tal-festa. Filfatt bħal illum xahar, inkunu bdejna iċ-ċelebrazzjonijiet bil-ħruġ tal-istatwa min-niċċa. Fost affarijiet oħra matul il-festa, waħda mill-affarijiet li jgħamlu il-festi tagħna tant popolari, huma popju il-marċi u l-brijju li jakkumpanjaw magħhom. Ovvjamnet dan il-brijju ma jkunx ħaj jekk mhux għaż-żgħażagħ tagħna, kemm dawk fl-eta’ ki ukoll dawk fl’ ispirtu.

Kif għedna sew il-ġimgħa l-oħra din is-sena il-Kummissjoni Żgħażagħ din is-sena ser tkun qd tiċċelebra l’20 sena mit-twaqqif tagħha. Propju għalhekk, din is-sena ħassbu ukoll biex fil-youtube channel tas-soċjeta’, joħolqu playlist bil-marċi bil-kant li nħarġu tul is-snien, mil-istess Kummissjoni. Dan sar biex ngħatu aktar popolarita’ il-kliem li dawn fih, li avolja kultant ikun inkejjuż, żgur li ma joffendi lill-ħadd u li jnissel xi tbissima għal mod kif jiġi minsuġ il-kliem. Aparti xi botta fina, hem ukoll tifħir lejn dak li s-soċjeta’ tagħna wetqet u għada twettaq tul is-snin kif ukoll, u żgur li ma jonqosx, tifħir lejn il-patruna tas-soċjeta, Marija Bambina.

Aparti min hekk, il-kummissjoni żgħażagħ qed tistiden lill kulħadd biex aparti il-marċ il-kbir li issir nhar is-6 ta’ Settembru, din is-sena ser issir marċ mill-isbaħ u mimli attrazzjonijiet nhar l-ewwel tridu, fl’4 ta’ Settembru. Għaldqstant, nistiednu lill kulħadd iżomm f’mohhu anke din id-data.