Aħbarijiet

B’sobgħa kbira: Tmut Giuseppa tal-MUSEUM

Min jaf kemm it-tifla Naxxarija iltaqgħet ma’ Giuseppa Dimech matul l-għexiren ta snin li għamlet tgħallem il-katekiżmu fil-MUZEUM tan-Naxxar.

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tagħha mill-familjari tagħha, hekk kif f’dawn l-aħħar snin kienet tiresedi ġewwa id-djar tax-xjuħ fin-Naxxar.

Minhawnhekk nixtiequ ningħaqdu mal-familjari ta’ Giuseppa u nitolbu għaliha filwaqt li nsellmu il-memorja tagħha tal-ġid kollhu li għamlet fin-Naxxar.

Għaliha Oh Mulej

Il-Mistrih ta dejjem.