Attivitajiet

Is-Seba’ Sibt tal-Festa

Propju bħal illum ġimgħa inkunu qed niftħu l-attivitajiet għal festa. Wara sena oħra ta  ħidma għad unur Marija Bambina, wasal dak iż-żmien li fih naqtgħu il-frott miżrugħ.  Wieħed mill-affarijiet li ta kull sena jieħu il-ħin u iż-żmien tiegħu huwa l-armar ta’ barra. Bħala soċjeta’, dejjem kienet min ta quddiem għal ideat oriġinali kif ukoll kienet hi benefattriċi ta armar li kienet tgħat bħala donazzjoni lill kumitat tal-festa.  Għaldaqstant nistiednu lill-kulħadd biex jiġi jżur l-akkwati tas-sede tagħna biex ikun jista’ jammira dan l-armar hekk sabiħ li is-soċjeta’ tagħna tipposjedi u t’arma fit-Triq Santa Luċija.

Ritratti: Uħud mil-membri tas-soċjeta’ jgħinu biex jintramaw l-opri artistiċi fit-toroq u fil-faċċata tas-sede tagħna. Meħudha minn Chirstian Bianchi