Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Jum is-6 ta’ Settembru b’aktar attivita!

Il-jum tas- 6 ta’ Settembru huwa wieħed mill-aktar ġranet importanti għas-soċjeta’ tagħna u mhux ta b’xejn li huwa meqjus bħala l-akbar marċ ġewwa in-Naxxar. L-istorja ta’ dan il-jum hija importanti għax kien propju f’dan il-jum madwar 30 sena ilu li s-soċjeta’ kellha twaqqaf l-appatiha li kien hemm dak iż-żmien u tgħamel dak li ħaddieħor ma baqax jagħmel, dik li tkun is-soċjeta’ li tkabbar u tindokra il-festa, kif ukoll tisma’ u tgħamel dak li xtaqu n-Naxxarin.

Huwa għalhekk li f’din is-sena il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mad-dilettanti tan-nar, ħasbu li jkomplu ikabbru aktar din il-ġurnata. Għaldaqstant nistiednu lil-kulħadd jattendi għal-akbar marċ brijuż ġewwa r-raħal tagħna fejn imbad issegwi ħarqa spetakolari ta nar tal-art, fejn hemm diversi irdiden ġodda u oriġinali u wara it-tieni PyroMusical show ta matul il-festa’ bl-isem ta Pyro Tower f’Misraħ ir-Rebħa li sr tinħaraq bis-sistema pyrodigit.

Ma ninsewx ukoll li dakinhar ikun hemm ukoll ħarqa ta nar tal-ajru mid-dilettanti tagħna.

Dan kollox bejn it-8:30pm u is-1.00am.

39834949_279053555842287_2315887468840222720_n.jpg

39443013_530018570752351_186477494193356800_n