Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Is-Seba’ Sibt tal-Festa

Propju illum hija l-ġurnata tant mistennihagħan-Naxxarin, dan għaliex fiha jibdew l-ewwel attivitajiet li jwassluna għal-jum tal-festa fi ħmistax il-ġurnata oħra.

Matul din il-Ġimgħa li ġejja ser ikollha xejn anqas minn 3 attivitajiet aparti dawk impromptu li jsirufil-bottegin mill-partitarji hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew jintensifikaw.

8thsept_368.jpg

Propju illum għal ħabta tat-8.00pm niftħu l-attivitajiet uffiċjali bil- Lejla Tradizzjonali ta qabel il-festa! fejn apparti ikel bnin u atmosfera mill-isbaħ dawk preżenti ser ikunu qedin jassistu għal spettaklu ta mużika minn kantanti diversi kif ukoll naqra umoriżmu mingħand Tonio Vella il-Majsi kif ukoll mill-King tar-Rock ‘n’ Roll malti, Freddie Portelli.

Imbad nhar it-Tlieta fis-7.30pm kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal Ħruġ tal-vara minn Niċċa. Hawnhekk nistiednu lill-partitarji u segwaċi tas-soċjeta’ biex jiġu bil-flokkijiet tal-festa ħalli flimkien nassistu għal ftuħ tal-festa ineterna. Wara il-kummissjoni żgħażagħ qed torganizza Festa Kick-Off  ġewwa il-bottegin tas-soċjeta’ fejn fost l-oħrajn ser ikun hemm il-partitarju u DJ popolari DJ Bonu.

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu tintrama il-Faċċata “Ġawrha fi Qlubna” għal -10 darba. Il-Faċċata li verament artistika maħduma miż-żgħażagħ tagħna u impittra u idisnjata mill-artist ta fama Adonai Camilleri Cauchi. Għaldaqstant nistiednu lill-partitarji biex jiġu jgħatu daqqa t’id biex din l-opra artistika tintrama mill-4:00pm il-quddiem, u jkun parti min dan l-anniversarju.

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li jmiss segwi il-program tal-festa.