Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Jum il-ħruġ min-Niċċa

Wasal dak il-jum speċjali. Jum il-ħruġ min-Niċċa, illum uffiċjalment tibda il-festa 2018. M’hemm xejn isbaħ milli f’dan il-jum ningħaqdu bħala Naxxarin f’din iċ-ċelebrazzjoni importanti li twasalna għal-ġimgħa ta ċelebrazzjonijiet ad unur il-padruna tan-Naxxar kollhu u li tagħha is-soċjeta tagħna kburi li jġib isimiha.

Ejjew ningħaqdu lkoll b’għajta waħda biex nilqgħu lill-Ommna Marija illejla fis-7.30pm quddiem il-knisja arċipretali tagħna, u flimkien nkantaw:

Oh Bambina b’fomm imbissem
Hawn madwarek miġburin
Għażilniek b’Patruna b’Ommna
Biex iż-żommna magħqudin 

silta mil-Innu Popolari lill-Bambina
Kliem: Dun Victor Xuereb SJ
Mużika: Mro. Christopher Muscat

20140828_203620-EFFECTS.jpg

 

Infakkru li llum l-għaqda tagħna għanda dawn l-attivitajiet:

NAR- Fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtaletti. Fit-7.45pm: Ħruq ta’ salut, Kaxxa infernali murtaleti u murtali tal-kulur. In-Nar huwa maħdum mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda tagħna

Fis-7.30PM – Niltaqgħu bi ħġarna quddiem it-tempju f’Misraħ ir-Rebħa.

Fit-8.30PM – Festa Kick-Off