Attivitajiet, Festa 2018

Tibda tintrama il-faċċata

Dalgħodu bdiet tintramma il-bażi tal-faċċata artistika mas-sede tas-soċjeta’ hekk kif illejla mistenniha tibda tintramma għal ħabta tal-4:00pm. Nerġgħu nfakkru lill partitari biex jingħaqdu magħna f’din l-attivita’ li issa saret waħda annwali, fejn nistiednuhom, jiġu jagħtu daqqa t’id f’dan l-armar li fl-aħħar mil-aħħar huwa ta kull soċju tas-soċjeta’

Nieħdu l-okkażżjoni biex infakkru lill-pubbliku ibġenerali li triq Santa Luċija, in-naħa tas-sede ser tkun magħluqa mil-4:00pm il-quddiem. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.