Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Jum iż-żgħażagħ – L-ewwel Tridu Festa 2018

Fil- jum iddeidkat lilhom il-kummissjoni żgħażagħ għaddejin bżħidma kontinwi biex illejla joffru spettaklu waqt il-marċ tal-ewwel tridu.

Il-lejla, il-marċ jibda fit-8.30, fejn jilħaq il-qofol tiegħi għal ħabta tal-10.00pm fejn mistenni jasal quddiem is-sede tas-soċjeta’ u jibqa sejjer sa Misraħ ir-Rebħa fejn iż-żagħżagħ jgħamlu brijju kbir hekk kif ser tiżanżan sorpriża ġdida u wara jsir il-pyro muisical show.

Matul il-ġurnata id-dilettanti ser ikunu qed jaħarqu murtali fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtali. Fid-9.00pm: Beraq ikkulurit, beraq pront, murtali tal-kulur u kaxxa infernali. Fil-1130pm: Nar tal-Art mekkanizzat f’Misraħ ir-Rebħa.