Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Marċ Kbir fl-ewwel jum tat-Tridu

Il-Bieraħ iż-żgħażgħ naxxarin laqgħu bi ħġarhom is-sejħa għal marċ iddedikata lilom u f’atmosfera mil-aqwa ipparteċipaw b’mod bl-aktar ferrieħi waqt il-marċ tal-ewwel tridu.

Waqt dan il-marċ ġiet imżanżna imrewħa mill-isbaħ li meħudha mill-ħsieb tal-imrewwaħ ta’ qabel, ġiet imodernizata u imsebbħa bl-aktar mod artistiku. Wara il-marċ itella’ feature dwar il-kummissjoni żagħżagħ fejn aparti li qanqal ftit il-memorija ta’ ħafna wera biċ-ċar il-ħidma kontinwa ta din l-kummissjoni f’dawn l-aħħar 20 sena.  Eżatt wara inħaraq in-nar tal-art kif ukoll il Pyro musical show li kien sinkrnizzat perfettament mal-mużika. Ta’ minn ngħidu ukoll li tul il-marċ il-banda kienet akkumpanjata min-nies li ħarġu jisimhu il-banda kif ukoll min xogħol mill-isbaħ tan=-nar tal-ajru mid-dilettanti tan nar taghna.

L-appuntament li jmiss huwa għal-għada fejn is-soċjeta tkun qed tgħamel il-marċ il-kbir bil-banda Vittorja u wara xow kbir ta nar tal-art mekkanizzat kif ukoll programm sħiħ ta nar tal-ajru mid-dilettanti tan-nar matul il-ġurnata.

Segwi ftit mir-ritatratti kif ukoll il-live videos li saru tul dan il-marċ: