Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2018

Il-Marċ il-Kbir jibqa’ l-akbar wieħed!

Il-bieraħ mijiet ta nies attendew bi ħġarhom biex ikunu jistgħu isegwu l-akbar marċ li jsir fil-festa għażiża tagħna u biex jasistu għal-isbaħ xow tan-nar tal-art li sar tul il-festa 2018. Bħal ta kull sena ix-xogħol taż-żgħażagħ u sħabna id-dilettanti tan-nar laħqu kull aspettativa li min sena għal oħra dejjem jgħolu il-livell. Issa imiss id-demostrazzjoni unika fix-xorta tagħha ġewwa raħalna fejn il-Banda idoqq marċi u wara innijiet proċessjonali hekk kif fil-pjazza tingħaqad magħha korteo ta standardi kif ukoll il-bandalora artistika, biex nimxu sas-sede tas-soċjeta fejn l-istatwa mill-isbaħ tax- xbieha ta Marija Bambina titella’ fuq il-pesestal artistiku tagħha.

Hekk kif il-banda tasal fit-triq Santa Luċija, il-kantanta Kacey Azzopardi tingħaqad mal-banda bil-kant tal-Innijiet Popolari, u hekk kif l-istatwa titla’ fuq il-pedestal, is-Sopran, Adriana Zammit tkanta l-Ave Maria min fuq il-gallarija tas-soċjeta’.

Ritratt: Sebio Aquilina