Attivitajiet, Aħbarijiet

Kors ġdid tal-Mużika għat-tfal bejn 7 u 10 snin.

L-iSkola tal-Mużika tagħna ser tniehdi Kors tal-Mużika ġdid bl-isem ta Music Fun Time.  Dan il-kors immirat għal tfal bejn 7 u 10 snin u li ser ikun qed jifoka fuq l-elementi bażiċi  tal-mużika kif ukoll jaspira lit-tfal għal aktar tgharif fuq l-istrumenti mużikali.

Il-kors li jibda il-Ħamis 8 ta’ Novembru, u li jsir kull ġimgħa (apparti fil-festi) għal 18-il sezzjoni ta tlett kwarti. Min jgħamel dan il-kors imbad ikun jista’ jkompli jitgħallem l-istrument bandistiku preferut tiegħu kif ukoll it-teorija ġo l-istess skola tal-mużika.

Donazzjoni ta €50 qed tiġi mitluba għal dawn is-sezzjonijiet.

Applika billi tidħol f’dan il-link.

Introduction to Music.png