Attivitajiet

Iż-żgħażagħ għal attivitajiet tal-V18

Il-banda tagħna flimkien ma’ grupp taż-żgħażagħ magħquda mill-kummissjoni żgħażagħ, ser ikunu parteċipi f’attività kbira organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 18, li ser issir nhar is-Sibt 27 ta’ Ottubru fis-7pm ġewwa l-Belt Valletta.

Għal din l-attività, l-istess fondazzjoni ħolqot workshops għaż-żgħażagħ biex joħolqu flimkien affarijiet tal-arti għal waqt din l-attività. Uħud miż-żgħażagħ ħadu sehem f’dawn l-workshops li saru dalgħodu.