Attivitajiet, Aħbarijiet

30 Sena ta’ Mużika: L-emblema uffiċjali ta dan l-anniversarju

Fl’1 ta ‘ Settembru 1989, il-Banda Vittorja ġiet imwaqqfa fi ħdan is-soċjeta’ tagħna, li dak iż-żmien kienet iġġib l-isem ta Għaqda Mużikali Vittorja (Victory Band Club) wara seduta ġenerali li fiha għal-ewwel darba intużat il-votazzjoni fl-istorja tas-Soċjeta’.

Kien għalhekk li l-kumitat ħaseb biex illum, 11-il xhar qabel il-Festa li ser tkun il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta dan l-anniversaju, li joħroġ l-emblema uffiċjali biex jinawgura dan l-anniversaju.

Logo 30 years v 3.png

Matul din is-sena il-Kumitat flimkien mas-sotto kumitati fi ħdanu ser ikunu qed jagħmlu diversi attivitajiet biex propju jiġi iċċelebrat dan l-anniversarju. Matul ix-xhur li ġejjien dawn l-attivitajiet ser jiġu imħabbra fuq dan is-sit u fuq is-siti soċjali tas-soċjeta.