Attivitajiet, Aħbarijiet

Talent Żagħżugħ 2018: 16-il Edizzjoni

Is-serata mużikali tant mistenniha min sena għal oħra, reġgħa wasal. 16-il edizzjoni min meta 18-il student u bandist tas-soċjeta’ ħadhu sehem f’dak li kien l-ewwel ‘home concert’ illum sar serata imtellgħa b’mod mill-aqwa tant mistenniha kemm min Naxxarin kif ukoll minn dawk dilettanti tal-baned maltin.

Din is-sena kien hemm preparazzjoni aktar mis-soltu hekk kif saru xejn anqas minn 4 workshops u masterclasses differenti u ghal forom ta arti differenti li kollha kemm huma ser jiġu ippreżentati f’din is-serata.

L-ewwel u l-aktar ħaġa importanti hija propju il-mużika imtellgħa min 40 mużiċist u student tal-iSkola tal-Mużika “George Vella” taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Direttur Christine Dimech, li hija ukoll il-produttriċi ta din is-serata (u tal-15 il-darba ta qabilhom) fejn din is-sena it-tħejijiet ħadu forma ta workshops li ngħataw kemm minn Christine kif ukoll min Marco Gauci li huwa ukoll direttur mużikali.

TZ18.jpg

Matul is-Sajf sar Kors tal-Arti għat-Tfal li kien ta suċċess kbir. Minn dan il-Kors it-tfal li attendew kellhom iċ-ċans jifhmu u jagħmlu xogħol ta tpenġijiet u arti ieħor, li taħt il-gwida tal- għalliem John Paul Muscat ħolqu wirja ta arti li ser tkun eżebita fit teatru.

Minn Settembru sa propju l-aħħar Ġimgħa ta preparazzjoni, l-artist Jennings Falzon qiegħed imexxi workshop ferm interessanti dwar l-arti fix-xenografijja. Dan il-workshop ser iwassal biex it-teatru jingħata dehri aktar artistika tat-tema tas-Serata.

Fl-aħħar u żgur mhux lanqas, xejn anaqas minn 6 kantanti, kif ukoll kor ta 20 ieħor ser ikunu iċ-ċirasa ta din is-serata, grazzi għal masterclasses li saru mal-kantant u vocal coach, Glen Vella.

Talent Żagħżugħ, 16-il edizzjoni, ser ikun il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet ta għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Banda Vittorja, u ser issir nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru, fit-Teatru tal-Oratorju, bi presentazzjoni ta Ron.

Dan kollhu sar grazzi għal fondi li kisbet l-għaqda matul u is-sena mill-Kunsill Malti għal Arti u l-fond Kommunitajiet Kreattivi kif ukol il-fond tgħalliem tal-mużika maħruġ mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda. Din is-serata ser issir ukoll grazzi għal a-sound kif ukoll Nexos Lighting.