Attivitajiet, Aħbarijiet

In-house training għal Mużiċisti u studenti tagħna

Matul dawn l-aħħar tlett t’ijiem il-mużiċisti u studenti li ser jieħdu sehem fit-Talent Żagħżugħ li ser issir is-Sibt, 24 ta’ Novembru, kellhom workshops mad-direttur mużikali u lecturer ġewwa l-universita’ ta’ Malta Mark Gauci. Matul dawn il-ġranet, il-mużiċisti kellhom sezzjonijiet ta ensemble work, sectional rehearsals kif ukoll etika ta kif wieħed għandu jġib ruħu waqt l-provi u l-importanza tad-dettal waqt dawn l-istess provi. Dan il-workshop sar grazzi għal proġett “Gathering Youths Through Arts” mill-fond Kommunitajiet Kreattivi fi ħdan l-Kunsill Malti għal-Arti.